Ma Tagħmlu Xejn - Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fid-21:15 fuq TVM bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti Għall-Arti. Ma Tagħmlu Xejn - Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fid-21:15 fuq TVM bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti Għall-Arti. Ma Tagħmlu Xejn - Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fid-21:15 fuq TVM bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti Għall-Arti. Ma Tagħmlu Xejn - Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fid-21:15 fuq TVM bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Malti Għall-Arti.
Applikazzjonijiet miftuħa • 2 Staġun

Il-każin tiegħek fuq TVM. Applika issa.

Jekk inti dilettant veru tal-festa Maltija, dan huwa l-mument tiegħek. Irrappreżenta l-każin jew il-banda tiegħek fit-2 Staġun ta’ MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa. Kwiżż immexxi minn Ron Briffa.

Premju ta’ €15,000 Età minima: 16-il sena Parteċipant wieħed għal kull każin jew soċjetà.
64

Każin u banda f’kompetizzjoni nazzjonali waħda.

21

21 programm mimli b'informazzjoni fuq il-festa f'forma ta' kwiżż li jibdew bl-eliminatorji, kwartifinali u finali!

21:15

Kull nhar ta' Tnejn, L-Erbgħa u Ġimgħa fuq TVM.

Xena wiesgħa tal-istadju ta’ MA TAGĦMLU XEJN bil-podji, l-udjenza u l-band live
TVM Prime Time 2 Staġun
Il-festa fuq il-palk

Atmosfera mill-isbaħ, kompetizzjoni u premju kbir!

Il-festa tidħol fuq il-palk b’dawl, mużika, adrenalina, udjenza live u identità Maltija — programm maħsub biex jispikka mill-ewwel mument.

Ron Briffa fuq il-palk ta’ MA TAGĦMLU XEJN
Ron BriffaIl-preżentatur ta’ dan il-kwiżż!
Udjenza u supporters tal-programm jifirħu waqt il-logħba
Udjenza li tgħix il-mumentKull episodju jinbena fuq reazzjoni, għajjat u appoġġ reali mill-komunitajiet tal-festa.
Il-programm

Kwiżż mibni madwar id-dinja tal-festa.

Il-parteċipanti jikkompetu f’mistoqsijiet relatati mal-kultura tal-festa, il-każini u l-baned, it-tradizzjonijiet, il-mużika, l-istorja, in-nar, l-armar, il-qaddisin, il-liturġija u temi oħra relatati.

€15,000 Premju mogħti lill-każin rebbieħ.
16+ L-applikanti jridu jkollhom 16-il sena jew aktar.
2 Staġun L-applikazzjonijiet huma għat-2 staġun tal-programm.
TVM Produzzjoni televiżiva bil-għan li niċċelebraw il-festa Maltija!
1

Min jista’ japplika?

Kull min għandu 16-il sena jew aktar, jirrappreżenta uffiċjalment każin jew banda tal-festa f’Malta jew Għawdex, u għandu l-approvazzjoni tal-kumitat rispettiv.

2

X’jinkludi l-kwiżż?

  • Mistoqsijiet dwar il-festi Maltin
  • Sfidi marbuta mal-kultura tal-festa
  • Eliminatorji, kwartifinali u finali
  • Kompetizzjoni divertenti u b’ritmu mgħaġġel
3

Għal min hu dan?

  • Għad-dilettanti tal-festa
  • Għal min iħobb il-baned u l-marċi
  • Għal min jaf fuq nar u armar
  • Għal min irid jirrappreżenta lill-każin tiegħu
Il-magna tal-logħba

Il-format idawwar l-għarfien fi spettaklu.

Kull rawnd iġib miegħu għażla, ritmu u riskju, filwaqt li l-festun tal-kontestant jinxtegħel bozza wara l-oħra. L-ewwel dilettant li jixgħel il-fustun kollu jirbaħ.

Xena wiesgħa tal-logħba fuq il-palk ta’ MA TAGĦMLU XEJN bil-podji u l-udjenza
Il-logħba tidher f’azzjoni b’podji, skrin ewlieni, udjenza u l-enerġija live tal-istudjo.
01

Ir-Raddiena

Ir-raddiena ddur u tieqaf fuq kategorija relatata ma’ festa. Minn hawn il-fratellanza tistaqsi mistoqsija lid-dilettant

02

Il-Ħruġ

Kull dilettant jisma’ marċ oriġinali u jrid jaqta’ l-isem jew il-kompożitur li kiteb dan il-marċ. Dan jiddetermina l-pożizzjoni ta’ fejn ikun ser jilgħab

03

Il-Wegħda

Deċiżjoni strateġika li tista’ tħaffef il-progress tal-kontestant — jew tikkastiga r-riskju.

04

Il-Kaxxa Infernali

Il-mument ta’ periklu massimu: agħżel il-kategorija, wieġeb u ara jekk it-tweġiba hijiex tajba. Jekk le, jintefa’ l-fustun kollu

KULL RISPOSTA TIXGĦEL BOZZA MILL-FUSTUN

12-il bozza. Tiġrija waħda lejn ir-rebħa.

Il-punteġġ jidher viżwalment fuq il-festun ta’ kull kontestant. Hemm 12-il bozza. L-interventi jibdlu l-istrateġija, u jistgħu jgħinu lid-dilettant fit-tweġibiet imma l-Kaxxa Infernali tista’ tħassar il-progress miksub! Imma l-wegħda taf twasslek biex tagħtik 3 bozzoz jekk twieġeb tajjeb, jekk le tagħti bozza lid-dilettanti kollha

Progress viżibbli Riskju strateġiku Tensjoni sal-aħħar
Kontestant u preżentatur fuq il-palk f’mument ta’ tensjoni u ċelebrazzjoni
Ipprova l-logħba

Kemm taf dwar il-festa?

Ibda l-mini-kwiżż, ara l-mistoqsijiet waħda waħda u wieġeb qabel jispiċċa l-ħin.

Mini-kwiżż

Agħfas Start biex tibda. Kull mistoqsija tidher waħda waħda, twieġeb u tagħfas Next biex tgħaddi għall-oħra.

Lest għal sfida ta’ MA TAGĦMLU XEJN?

Għandek 60 sekonda biex twieġeb is-6 mistoqsijiet u tixgħel il-fustun kollu!

Mistoqsija 1 minn 6
01:00
Il-fustun tiegħek 0 / 6 bozoz mixgħula

Kull tweġiba tajba tixgħel bozza meta tagħfas Next. Wieġeb is-6 mistoqsijiet tajjeb biex tixgħel il-fustun kollu.

Formola ta’ applikazzjoni

Imla' d-dettalji t’hawn taħt. L-oqsma mmarkati b’asterisk huma obbligatorji.

Dettalji bażiċi

Il-profil tiegħek

Konferma finali

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ma tiggarantixxix l-għażla għall-programm. It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jaċċetta, jirrifjuta jew jagħmel shortlist tal-applikazzjonijiet skont id-diskrezzjoni tiegħu.
Grazzi. L-applikazzjoni tiegħek intbagħtet b’suċċess u ġiet irreġistrata.

Termini u Kundizzjonijiet

MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa. Dawn it-Termini u Kundizzjonijiet jirregolaw il-parteċipazzjoni fil-kwiżż televiżiv MA TAGĦMLU XEJN – Il-Kwiżż tal-Festa, produzzjoni televiżiva għax-xandir fuq PBS / TVM, prodotta mit-tim tal-produzzjoni ta’ MA TAGĦMLU XEJN.

Billi tintbagħat din l-applikazzjoni, l-applikant jikkonferma li qara, fehem u aċċetta dawn it-Termini u Kundizzjonijiet.

1 Rekwiżiti ta’ eliġibbiltà

Età: Il-kontestanti kollha jridu jkollhom 16-il sena jew aktar fid-data tal-applikazzjoni. It-tim tal-produzzjoni jista’ jitlob prova tal-età, bħal karta tal-identità jew passaport.

Rappreżentanza: Kull kontestant irid jirrappreżenta uffiċjalment Każin jew Banda tal-Festa waħda f’Malta jew Għawdex.

Approvazzjoni tal-Każin: Kull applikazzjoni trid tkun endorsjata jew approvata mill-kumitat tal-Każin rispettiv. It-tim tal-produzzjoni jista’ jitlob ittra formali ta’ approvazzjoni jew konferma oħra bil-miktub.

Parteċipant wieħed għal kull Każin: Kull Każin jista’ jkun irrappreżentat minn kontestant wieħed biss, sakemm it-tim tal-produzzjoni ma jiddeċidix mod ieħor.

2 Format tal-kompetizzjoni

Kull episodju se juri kontestanti jikkompetu kontra xulxin f’format ta’ kwiżż ibbażat fuq il-kultura tal-festa, il-każini u l-baned, it-tradizzjonijiet, il-mużika, l-istorja, in-nar, l-armar, il-qaddisin, il-liturġija u temi oħra relatati.

Il-kompetizzjoni hija mistennija tinkludi rawnds eliminatorji, kwartifinali u finali.

Id-dati u l-arranġamenti tal-ġbid jiġu komunikati mit-tim tal-produzzjoni lill-parteċipanti magħżula.

Jekk kontestant javvanza għall-fażi li jmiss, irid jibqa’ disponibbli biex ikompli jirrappreżenta lill-istess Każin.

Id-deċiżjonijiet tal-Produtturi dwar il-punteġġ, l-eliġibbiltà, l-avvanz, ir-regoli, ir-riżultati u l-istruttura tal-kompetizzjoni huma finali u vinkolanti. Ma tidħol l-ebda korrispondenza dwar dawn id-deċiżjonijiet.

3 Dettalji tal-premju

Ir-rebbieħ tal-finali jingħata premju totali ta’ €15,000.

Il-flus tal-premju jingħataw lill-Każin jew Banda tal-Festa rrappreżentata mill-kontestant rebbieħ, u mhux lill-kontestant personalment.

Il-premju jiġi pproċessat permezz ta’ bank transfer fil-kont bankarju uffiċjali tal-Każin rispettiv, suġġett għall-proċeduri amministrattivi u ta’ verifika meħtieġa.

4 Obbligi u mġiba tal-parteċipanti

Il-kontestanti magħżula jridu jkunu disponibbli għall-ġbid skont l-istruzzjonijiet mogħtija mit-tim tal-produzzjoni. Nuqqas ta’ preżenza jista’ jwassal għal skwalifika.

Il-kontestanti, ir-rappreżentanti tal-Każin u s-sapporters huma mistennija jġibu ruħhom b’mod xieraq u rispettabbli tul il-ġbid kollu.

It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jiskwalifika kontestant jew ineħħi kwalunkwe persuna li l-imġiba tagħha titqies mhux xierqa, offensiva, diżordinata jew kuntrarja għall-ispirtu tal-programm.

Is-sapporters għandhom iżommu atmosfera pożittiva, sportiva u rispettabbli. Kummenti offensivi, għajjat, banners, ġesti jew messaġġi kontra Każini oħra, lokalitajiet, kontestanti, membri tal-udjenza, il-crew jew rappreżentanti tal-produzzjoni mhux se jkunu permessi.

Il-kontestanti u s-sapporters iridu jsegwu l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mit-tim tal-produzzjoni qabel, waqt u wara l-ġbid.

5 Grupp ta’ sapport u għajnuniet

Kull kontestant irid ikun akkumpanjat minn grupp ta’ sapport ta’ mill-inqas 10 persuni mill-Każin.

Kull Każin irid jinnomina:

  • Kap tal-Kontinġent tal-Każin / Koordinatur wieħed;
  • persuna waħda mill-kumitat li tkun disponibbli bit-telefon waqt il-ġbid;
  • għajnuna waħda nominata mill-udjenza li tista’ tassisti f’waħda mill-għajnuniet tal-logħba.

It-tim tal-produzzjoni jipprovdi aktar istruzzjonijiet dwar kif se jiffunzjonaw l-għajnuniet matul il-programm.

6 Pubbliċità u kunsens

Billi japplikaw u jipparteċipaw, il-kontestanti jagħtu l-kunsens għall-użu ta’ isimhom, ix-xbieha tagħhom, il-vuċi tagħhom, l-immaġni tagħhom u l-isem tal-Każin li qed jirrappreżentaw fil-programm u fil-materjal promozzjonali relatat mal-ispettaklu, mingħajr kumpens addizzjonali.

Peress li din hija produzzjoni televiżiva, il-kontestanti, is-sapporters, il-membri tal-udjenza u r-rappreżentanti tal-Każin li jattendu l-ġbid jistgħu jidhru fuq il-kamera.

Qabel il-ġbid jistgħu jkunu meħtieġa proċeduri oħra ta’ kunsens mit-tim tal-produzzjoni.

7 Kunfidenzjalità

Peress li l-programm jiġi rrekordjat qabel ix-xandir, il-kontestanti, is-sapporters, il-membri tal-udjenza u kull rappreżentant tal-Każin għandhom iżommu kunfidenzjali dak kollu li jseħħ matul il-ġbid.

L-ebda persuna li tattendi l-ġbid ma tista’ tiżvela, tippubblika jew tiddiskuti min rebaħ, min ġie eliminat, liema mistoqsijiet saru, x’ġara fil-logħba jew kwalunkwe dettall ieħor dwar il-programm qabel jixxandar l-episodju relevanti fuq PBS / TVM.

Dan jinkludi, iżda mhux limitat għal, konversazzjonijiet ma’ terzi persuni, posts fuq is-social media, ritratti, videos, messaġġi, kummenti, intervisti jew kwalunkwe forma oħra ta’ divulgazzjoni pubblika jew privata.

8 Drittijiet tal-produzzjoni u proprjetà intellettwali

Il-kontenut kollu, il-footage, ir-recordings, il-grafika, il-mistoqsijiet, il-format, l-elementi tal-programm u l-proprjetà intellettwali ġġenerati waqt il-produzzjoni ta’ MA TAGĦMLU XEJN jibqgħu proprjetà tat-tim tal-produzzjoni u/jew tad-detenturi tad-drittijiet rilevanti.

L-ebda kontestant, supporter jew rappreżentant tal-Każin ma jista’ jirrekordja, jirriproduċi, jippubblika jew iqassam xi parti mill-ġbid mingħajr permess minn qabel bil-miktub mit-tim tal-produzzjoni.

9 Protezzjoni tad-data u privatezza

Id-data personali pprovduta waqt il-proċess tal-applikazzjoni tiġi pproċessata skont il-GDPR u l-leġiżlazzjoni lokali rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

Id-data tintuża għall-amministrazzjoni, casting, produzzjoni, komunikazzjoni u organizzazzjoni tal-kwiżż televiżiv.

Id-data personali ma tintużax għal skopijiet mhux relatati mingħajr kunsens, sakemm dan ma jkunx meħtieġ bil-liġi.

10 Dispożizzjonijiet ġenerali

It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jemenda dawn it-Termini u Kundizzjonijiet fi kwalunkwe ħin biex jiżgura t-tmexxija bla xkiel tal-kompetizzjoni u tal-produzzjoni.

Sal-massimu permess mil-liġi, it-tim tal-produzzjoni ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà għal telf, ħsara, korriment jew diżappunt imġarrab minn xi parteċipant b’riżultat tal-parteċipazzjoni fil-programm.

Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ma tiggarantixxix l-għażla għall-programm.

It-tim tal-produzzjoni jirriżerva d-dritt li jaċċetta, jirrifjuta jew jagħmel shortlist tal-applikazzjonijiet skont id-diskrezzjoni tiegħu.

Bil-kollaborazzjoni ta’